Il-ħajja… tista’ tqabbilha ma’ mitt elf ħaġa… ħafna jqabbluha ma’ roller coaster… daqqa tiġri… daqqa bil-mod… daqqa fl-għoli… daqqa fil-baxx… daqqa fid-dlam, rasek ‘l isfel jew b’saqajk iperpru… però hekk x’kontroll għandi jien fuq din il-ħajja roller coaster? Xejn. Il-ħajja hija ħafna iktar minn hekk… il-ħajja hija xi ħaġa sabiħa għax nistgħu noħolmu u noħolqu l-istorja tagħna aħna kif irridu... inħobb għalhekk inqabbel il-ħajja ma’ logħba ċess...
Immaġinaw il-ħajja bħala l-iskakkiera bil-pedini fuqha... il-pedini huma l-opportunitajiet li jiġu quddiemna matul il-ħajja. Kull pedina għandha s-saħħa tagħha li b’xi mod jew ieħor tista’ tinfluwenzalna ħajjitna... b’modi differenti imma kull pedina... sew jekk l-iċken waħda... ir-re jew ir-reġina... kollha importanti f’mumenti differenti. Min qed jilgħab kontrina huwa dak jew dik li qed joffru sfidi biex neżerċitaw dawn l-opportunitajiet, għodod u talenti tagħna.
It-tajjeb tal-ħajja hu li għajr għal-logħba ċess f’kompetizzjoni... ilkoll nistgħu nistaqsu u nfittxu l-għajnuna u nqattgħu ħin skond kemm hemm bżonn biex naħsbu x’ħa jkun il-pass li jmiss...
Ħafna jgħidu li aħna logħba ċess f’idejn l-omnipotenza t’Alla. Nemmen f’Alla aktar mid-dawl t’għajnejja... iżda nemmen li Alla ma jilgħabx ċess bina. Alla jintefa ħdejna f’mumenti differenti ta’ ħajjitna... kultant jilgħab ftit ‘kontrina’ biex itina dik l-isfida li jkollna bżonn biex tqajjimna... kultant ikun hemm biex itina l-għajnuna, dejjem jekk infittxuha minn għandu u nippruvaw naqraw is-sinjali li jibgħatilna... forsi ma jistenniex lilna biss għax irid ilaħħaq m’Alla u max-xitan (hmmm stramba kif Alla stess ilaħħaq m’Alla u max-xitan). Fi ftit kliem... Alla jħallina nilagħbu ċess waħedna... inkella x’sens fiha li ħalaqna liberi mbagħad joqgħod jilgħab bina?
L-għażla mhix bejn jekk tilgħabx jew le... imma kif ħa tilgħab. X’pass ħa nagħmel meta affaċċjat b’din l-isfida? X’opportunitajiet, għodda u talenti ħa nużaw biex naffrontaw l-isfida? Liema pedina ħa nuża? Sa fejn ħa nwassalha biex ngħelibha? L-għażla f’idejk. L-għajnuna qegħda hemm anke jekk mhux dejjem tidher. Il-pedini f’idejk... inti ser tiskopri kif u meta ħa tmexxihom.
Insomma... ħallejtek ħabib għax għandi koċċ pedini x’inċaqlaq...
3 comments:
Interessanti kif spjegajt il-hajja habib, u nghidlek il-verita naprezza li tajtni ftit liberta dalghodu, dejjem aktar liberu milli kieku qed nghix roler coster.
Pero nammetti li din il-hajja li jien ukoll naprezza b'mod enormi, hi loghoba cess ta' liema pedini gew imcaqalqin minn wisq ohrajn.
Nghiduha, ommi u missieri, ommok u missierek caqalqu ftit pedini mhux hazin. Int nisrani kattoliku? Ghaliex? Int tghix ma regoli socjali? Ghaliex?
Familjari u hbieb caqalqulna nofs il pedini, u s-socjeta caqalqet in nofs l-iehor.
Issa hawn ahna llum, liberi, biex incaqalqu dawk il-pedini li uhud caqalqulna, u npogguhom fil-kaxxi li rridu ahna. Nisperaw biss li ahna VERAMENT liberi, ghax niftakru li hemm ir-reogli tac-cess li jghidu li z-ziemel jiccaqlq 2 il-quddiem u 1 fil genb.
Ahjar inkompli nahdem jien ukoll, ghax bhalek, jien liberu qed nilghab loghoba cess, li ma thallinix liberu naghmel li rrid, allura bhalek, forsi ghax sfurzat jew ghax irrid, ha nkompli nilghab 'Dik l-Imbierka loghoba Cess!'
naqbel mieghek Renz... l-unika haga... tar-regoli tista' tinterpretaha b'hafna modi wkoll... ir-regoli jistghu jkunu l-ghodod, il-kapacitajiet, il-limitazzjonijiet li lkoll naghrfu li ghandna... jekk ziemel jimxi 2 'il quddiem u wahda genb (jew 2 genb u wahda 'l quddiem)... inqabblu ma' xi hadd li mexa zewg passi wahdu pero kellu jibdel ftit it-triq biex jghaddi 'l quddiem iktar tard fil-loghba... jew mexa 2 passi fil-genb biex jiehu triq ohra... insomma xi haga hekk :)
grazzi talli qsamt il-hsieb pero :)
ir-ryan
Konsiderazzjoni ohra ta' kif naraw din l-imbierka loghba cess bhal hajjitna hi l-fatt li din il-loghba tintlaghab fuq kaxxi ta' lewn skur u ta' lewn car.. skond b'liem tkun qed tilghab. Li hu zgur li jekk tkun bis-suwed ma tistax tmur fuq il-bojod u vice versa. Il-hajja hi hekk ukoll.
Xi kultant il-pozizzjoni taghna tkun inqas tajba jew iktar tajba minn dak ta' quddiemna.. Kulhadd ikollu salib xi jgorr!
Il-loghba tac-cess professjonali (li anke tkun bil-hin) hi wahda minn dawk il-loghob li trid hafna hsieb (anke meta l-hin ikun kontrik) u mossa hazina tista' anke titfek tellief malajr. Il-hajja taghna, ghalkemm il-hin ma jidhirx (fis-sens ma nafux kemm faddlilna fuq din l-art) hija simili hafna ta' dan l-aspett ma' din il-loghba.
Mossa hazina, decizjoni hazina ta' mument tista' tkissirlek hajtek. Xi kultant kapaci nkunu fortunati u nibqghu ghaddejjin u nirkupraw (ghax dak t'hemm fuq ittina cans iehor) u anke ghax kif intqal sewwa fil-kummenti ta' qabel, jista' jkun hemm min ikun iggwidak ftit meta kont mifxul. Dik hi l-hajja.
Meta nkunu zghar il-pedini taghna hafna drabi jkunu ippredestinati minn decizjonjiet ta' ohrajn.. fic-cess ma tantx tista' tbiddel azzjonijiet izda tibni fuq l-istess azzjonijiet li tkun ghamilt..
Il-hajja hi hekk u ghalhekk hi sabiha ghax hi mimlija sfumaturi li nkunu hawwarna ahna stess..
Prosit Ryan ta' din l-osservazzjoni tajba li ghamilt. Naqbel hafna mieghek u issa ha jkolli nhallik ghax jekk nibqa' hawn nispicca nilghab mossa hazina nahseb :)
Anton
Post a Comment