Monday, July 14, 2008

Jistrajkjaw...

Għandhom il-wiċċ jistrajkjaw. Ma nafx. Din mhix filosofija u lanqas xi ħsieb ta’ barra minn hawn... hija loġika. Ovvja... kerha l-kompetizzjoni meta tkun tiddomina s-suq, tgħajjat “Move BACK!” bl-addoċċ, “Full up!” għall-iswed u dejjem issib post...imqar fuq l-istaffa għal dik il-bjonda liebsa mqaċċat, dagħa faħxi bl-Ingliż u l-Malti (ikolli ngħid Malti mill-aktar pur) jekk ma tagħtix bqija tajba, tasal x’ħin trid fuq l-istejġ bl-iskuża li kien hemm it-traffik anke fis-siegħat bikrin ta’ kull fil-għodu, u ddaħħan l-Alla li ħalqek kull fejn tmur.

U mbagħad x’nagħmlu? Ovvja hux... nagħlqu t-toroq... inwaqqfu l-pajjiż. Le, mhux hekk, għalfejn ittejjeb is-servizz? Inżebbeġ... l-aħjar triq ‘il quddiem hi li nwerwru l-pajjiż, lil Austin u l-Gvern u anke l-oppożizzjoni l-ġdida ta’ Joseph. Ara b’min irridu nitmellħu!

Xi ngħidu għall-katavri... jistennew bil-ħniena lil sħabna l-oħra xufiera tal-karozzi funebri?... u tal-minibuses li ġabu Park & Ride jaħdem fuq sistema ġdida ta’ Ipparkja u Imxi?

Imma sadanittant... waqt li t-toroq jinsabu full up bil-karozzi ejja lil sħabna x-xufiera ta’ kull qasam ngħidulhom ilkoll għalenija... MOVE BACK PLIŻ!

3 comments:

Marija-Helga said...

Tajba din Ry!!! Li qed tghid huwa kollu minnu!!! Hasra li qed nispiccaw inbaghtu ahna maghhom. Jiddispjacini ghal dawk li m'ghandhomx trasport privat. Nirringrazzja l'Alla ghax-Chevy (li ghada dejn) ghaliex wara x-xoghol ... nintefa fiha fl-ejsi ... :-) u dritt ghad-dar!!!

Catherine Aquilina said...

jien waħda mill-vittmi ta' l-istrajk ... :(

Catherine Aquilina said...

jien waħda mill-vittmi ta' l-istrajk ... :(