Bniedem dedikat... karattru ħelu mmens... jispikka s-sens ta’ ħsieb f’ħaddieħor... it-tazza kafé li tiksaħ u jibqa’ jixrob minnha... dak is-sigarett li jintefa’ u jinxtegħel ta’ warajh ftit wara... dak il-kalendarju mal-ħajt fuq l-iskrivanija jgħodd il-ġranet sal-pensjoni... ħaddieħor kien jiġi qablu... u qablu kien jiġi ħaddieħor.
Joe issa ma għadux magħna imma l-marka li ħalla fi qlub ħafna studenti bħali u nies li ħadmu miegħu hija waħda kbira.
Joe bniedem bħalek żgur li postok il-Ġenna inkella kulħadd għall-infern. Strieħ fil-paċi ħabib u grazzi ta’ kulma għamilt miegħi u ma’ sħabi kollha.
(Joe Mercieca kien ġurnalist u għalliem fl-Universita’ ta’ Malta fiċ-Ċentru tat-Teknoloġija tal-Kommunikazzjoni. Għal xi żmien kien ukoll kap ta’ l-aħbarijiet tal-PBS u anke uffiċċjal ta’ l-affarijiet pubbliċi fl-American Centre. Iżda fuq kollox Joe kien ħabib ta’ kull min iltaqa’ miegħu. Huwa miet illum fl-età ta’ 63 sena.)
(Ara wkoll:
Times of Malta: http://www.timesofmalta.com/articles/view/20080814/local/veteran-journalist-dies
MaltaStar.com: http://www.maltastar.com/pages/msrv/msfullart.asp?an=23296)
1 comment:
Lil Joe Mercieca niftakru meta kont l-Universita u niftakar sew anke d-dettal li qal Ryan.. dik ta' l-ewwel lezzjoni li hi xi haga tipika tieghu.. Kien lecturer b'differenza..
Forsi dak iz-zmien gieli ghaddieli minn rasi.. 'dan x'ikun.. ?! '.
Fis-sens ma kienx bniedem li kien jinterresah wisq kif jidher izda kien bniedem dedikat hafna f'xoghlu.. Imma fl-ahhar mill-ahhar dejjem niftakarni li kull darba li hrigt minn lezzjoni tieghu, hadt xi haga u hawnhekk jidher bic-car xi stoffa ta' lecturer kien.
Kien ikollna xoghol interessanti hafna anke bhala homework.. Nahseb li kien l-uniku lecturer li kien igib "kelliem specjali", li jkun maghruf jew li jkun b'mod dirett jew indirett marbut ma xi ahbar li jkun qed jigri fl-istess zmien u din kienet tkun fuq bazi regolari ghall-credit kollu... Insejt x'kien jismu dak il-credit imma li naf hu li kien wiehed mill-aktar favoriti tieghi.
Kien persuna wkoll li jekk ikollok bzonn xi haga jew ma tkunx fhimt xi haga fil-lezzjoni, jkun 'pront' u jghinnek..
Ma kienx kattiv ma' l-istudent anzi kien wiehed qrib hafna l-istudent..
Ryan ta deskrizzjoni tajba hafna tieghu.. persuna kajmana u lejn l-ahhar niftakru kien jidher xi ftit batut ukoll. Hawnhekk qed nitkellem xi 4 snin ilu (2004).
It-telfa ta' Joe Mercieca ha tinhass hafna. Dawk kolla li studjaw il-gurnalizmu jew b'xi mod iltaqghu ma' Joe zgur jistghu jikkonfermaw dan.
Strieh fil-paci Joe u grazzi ta' kull ma ghamilt maghna l-istudenti u ghall-gurnalizmu lokali!
Post a Comment