Inħares ħarsa madwari... niftaħ il-gazzetti u nara ħafna affarijiet interessanti... oħrajn inqas... oħrajn li donnhom ha jiddeċiedu il-ġejjieni tiegħi u tiegħek... oħrajn li jġgħeluni ngħid Allaħares dan ifisser il-ġejjieni tiegħi u tiegħek.
Ijwa... niftaħ il-gazzetti... oħroġ il-għaġeb... dawk bl-Ingliż mifqugħin bl-ittri kontra triq li ħa tfotti l-ambjent... u dawk bil-Malti ... min iġegħlek taħseb li din it-triq ser twassalna l-Ġenna... u min l-Infern... min ipinġi lil min hu l-moħħ warajha bħala Alla... u min bħala x-Xitan... aktarx dan li hu... huwa t-tnejn f’daqqa għax ħadd ma jwaqqfu.
Niddeċiedi nagħti ħarsa lejn l-aħbarijiet ta’ barra... kriżi finanzjarja ‘l hawn... gwerra ‘l hemm... laqgħa ‘l hawn u laqgħa oħra ‘l hemm... bħal donnu dawn il-laqgħat ser isalvaw id-dinja... paroli... paroli u aktar paroli... li jwassal għal iktar paroli ... u meta jieqaf dak il-paroli... aktarx jibda aktar paroli... u r-rota tkompli ddur.
Niddeċiedi ndur dawra bil-karozza... kien għadu Novembru... ix-xahar tal-mejtin u ġa nxtgħelu ruxxmata toroq u ma nafx kemm-il roundabout... għax ġej Ġesù Bambin.
Kulħadd jinsa l-kriżijiet... kulħadd jinsa l-piżijiet... inħares barra mit-tieqa u diġà nara l-
Bambin fil-gallarija ta’ faċċata... li ma jħarisx lejn il-gallarija tal-ġara għax dawk ippikati magħha... u nara ħafna bozoz mixgħulin... u nistaqsi bejni u bejn ruħi, “Tgħid għax il-kontijiet l-għaljin mhux ser jibdew minnufih?”
Huwa żmien li niffangaw fil-pudini, nintilfu fis-siġra tal-Milied, fil-presepju u l-istatwa tal-Bambin, ninkwetaw għax mhux ħa nlaħħqu nixtru r-rigali lil kulħadd waqt li niskantaw kemm saret diffiċli tikkuntenta lill-istess kulħadd. Kollox irid ikun... allura ejja ndawru d-dinja b’bozoz u kuluri ma’ kullimkien...
Ijwa bozoz u kuluri kullimkien... bozoz u kuluri għax dan hu żmien li ninsew il-piżijiet... il-kriżijiet... il-pjanijiet tat-toroq u l-għanijiet tal-Milied. Bozoz u kuluri... għaliex l-allat u x-xjaten ta’ dal-pajjiż ħa jibqgħu jsiru sinjuri. Bozoz u kuluri... għaliex waqt li sħabna t’hemm isfel qed jippruvaw jaqsmu l-baħar aħna qed naraw x’nagħmlu biex nibagħtuhom jixxejru wara li ndewquhom ħafna mid-dinjità li ta’ bnedmin bħalna jistħoqqilhom. Bozoz u kuluri... għaliex il-paroli jkompli jiżdied u miegħu aktar paroli. Bozoz u kuluri... għaliex aħna pajjiż uniku li fi ċkunitu ma fihx biss baħar u xemx iżda wkoll il-Ġenna u l-Infern. Bozoz u kuluri għaliex għandna għalfejn niċċelebraw... ijwa bil-ħaqq... hekk kienu qalulna tad-duttrina... “l-Avvent jippreparana għall-miġja ta’ Ġesù Bambin ġewwa fina”... li ma kinux jgħidulna hu li jġib ukoll ħafna flus fil-bwiet tal-ftit li aktarx huma l-inqas li għandhom bżonn... allura bozoz u kuluri... ħa nżejnu lil dawn il-ftit sinjuri...
... Viva Ġesù Bambin!
Ijwa... niftaħ il-gazzetti... oħroġ il-għaġeb... dawk bl-Ingliż mifqugħin bl-ittri kontra triq li ħa tfotti l-ambjent... u dawk bil-Malti ... min iġegħlek taħseb li din it-triq ser twassalna l-Ġenna... u min l-Infern... min ipinġi lil min hu l-moħħ warajha bħala Alla... u min bħala x-Xitan... aktarx dan li hu... huwa t-tnejn f’daqqa għax ħadd ma jwaqqfu.
Niddeċiedi nagħti ħarsa lejn l-aħbarijiet ta’ barra... kriżi finanzjarja ‘l hawn... gwerra ‘l hemm... laqgħa ‘l hawn u laqgħa oħra ‘l hemm... bħal donnu dawn il-laqgħat ser isalvaw id-dinja... paroli... paroli u aktar paroli... li jwassal għal iktar paroli ... u meta jieqaf dak il-paroli... aktarx jibda aktar paroli... u r-rota tkompli ddur.
Niddeċiedi ndur dawra bil-karozza... kien għadu Novembru... ix-xahar tal-mejtin u ġa nxtgħelu ruxxmata toroq u ma nafx kemm-il roundabout... għax ġej Ġesù Bambin.
Kulħadd jinsa l-kriżijiet... kulħadd jinsa l-piżijiet... inħares barra mit-tieqa u diġà nara l-
Bambin fil-gallarija ta’ faċċata... li ma jħarisx lejn il-gallarija tal-ġara għax dawk ippikati magħha... u nara ħafna bozoz mixgħulin... u nistaqsi bejni u bejn ruħi, “Tgħid għax il-kontijiet l-għaljin mhux ser jibdew minnufih?”Huwa żmien li niffangaw fil-pudini, nintilfu fis-siġra tal-Milied, fil-presepju u l-istatwa tal-Bambin, ninkwetaw għax mhux ħa nlaħħqu nixtru r-rigali lil kulħadd waqt li niskantaw kemm saret diffiċli tikkuntenta lill-istess kulħadd. Kollox irid ikun... allura ejja ndawru d-dinja b’bozoz u kuluri ma’ kullimkien...