Ijwa ħoj... fost it-tifrik fil-Libja u t-theżżiż fil-Ġappun u l-Burma... aħna... fiċ-ċentru tal-Mediterran... bħal donnu xi fenomenu naturali li ma kellnix għażla ħlief li naqbduh minn qrunu... qbadniha fuq id-divorzju. Min jgħid “iva”, min “le”, min “insomma”, min “ma nafx”, u min jaħseb li d-divorzju ħa jkisser aktar familji... u min jaħseb li ħa jsaħħaħhom għax ikollu ċans jibni familji ġodda. Min saħansitra qed jgħid... b’naqra ta’ loġika li taħdem bir-reverse... li li tkun favur id-divorzju tkun favur iż-żwieġ... hmmm ...
Insomma... dad-divorzju jekk xejn diġà għaqqad membri tal-Gvern ma’ tal-oppożizzjoni u f’daqqa waħda bdejna nisimgħu bil-frażi “free vote”... wow!... anzi... WOW!... fejn qatt kienet f’dal-pajjiż?!
Nista’ ngħid li naqbel mad-divorzju għax nifhem il-weġgħat ta’ min iż-żwieġ... kuntrarju għall-ħolma ta’ ħajja miżżewġa li kellu u ġiet iffirmata fuq l-artal... sfaxxalu... marritlu żmerċ... tellgħatlu l-qrun jew tellagħhom lil ħaddieħor... u fuq kollox... jixtieq jibda ħajja oħra fi żwieġ ma’ xi ħadd li rabat ħajtu xorta waħda għall-numru ta’ snin miegħu/ha, waqt li baqa’ ttimbrat bħala sseparat u li ma jistax jiżżewweġ... qisu barra minn fuqna ħakmitu xi marda u ma jistax imiss bniedem/ma oħra!
Ma naqbilx ma’ divorzju stil Las Vegas... naqbel ma’ divorzju meqjus u li fih ċertu ħsieb... fejn ċertu mument ta’ prova sar u ma fadalx xi jsir... fejn fuq kollox... it-tfal ibatu mill-inqas possibbli.
Naqbel ħafna u ħafna aktar ma’ żwieġ bi preparamenti ta’ vera... mhux x’sala ta’ tieġ ser ikollhom l-għarajjes... lil min ħa jistiednu... u l-ikel ta’ min ħa jkun... imma żwieġ bejn koppja li jafu jafdaw lil xulxin, ma jibżgħux jitkellmu u jisimgħu lil xulxin... koppja li jafu jgħixu flimkien, x’riħa għandha l-fwieħa u anke l-intiena ta’ xulxin... u taċċetta lil xulxin b’mod onest fir-riżq u fis-saħħa, fid-deni u mard. Jekk ikun hemm bżonn jgħixu flimkien qabel jorbtu l-kuntratt... mhux bħala żmien ta’ prova imma preparament, għala le?
Id-divorzju fl-aħħar mill-aħħar huwa firda... li ma nistax naqbel miegħu fl-essenza tiegħu... pero wieħed irid jara l-kuntest kollu... jahder lil min ġenwinament jixtieq jimxi ‘l quddiem b’ħajtu u għal ftit... jekk mhux għalih, jaħseb b’altruiżmu f’ħaddieħor u jitlob ‘l Alla li hu u martu qatt ma jiġu bżonnu.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)

3 comments:
Proset hsieb interessanti hafna.Li forsi tista izzied ma dawn il hsiebijiet hija li qieghdien f-cirkostanzi li f-pajjizna il liga tad divorzju tiga qieghda tiga ippratikata ghal dawk li jaffordjaw li immoru barra min xtutna u igiebuh min barra b-hekk listat Malti ikollu jikonoxieh bil fors.Gejna fsitwazjoni li min ghandu il mezzi jista igiebu l-ohrajn le.Hloqna sitwazjoni ta diskrimazjoni bejn listess Maltien
I cannot agree with you on this one Ry.
" kuntrarju għall-ħolma ta’ ħajja miżżewġa li kellu u ġiet iffirmata fuq l-artal...sfaxxalu... marritlu żmerċ..." ...
Marriage whether civil or catholic is a pact between two people… its not a dream at all.. anzi it requires a lot of hard work, effort. minn ihobb jrid ibati.. u dik hi il problema. Illum hadd mhu lest biex jghamel daqxejn ta sagrificju ghal xulxin. Ma l’ewwel ntopp nahrbu mil probelma.
X’jigiferi “marriltu zmerg”? Illum jekk tkun marid jew thoss linqas haga dritt ghal ghand it tabib..anzi l’emerganza jmorrulek! listess ghandu jkun fiz zwieg. Jekk tinduna li hemm problema trid tiftex ghajnuna minn qabel.. aw hafna jigbu listess skuza..jekk jsawatha? U tkun ghada zghira? Xtamel? ..Dan iz zmien ma naf lil hadd li jaqbad jizzeweg wara xaharejn- il persuna tkun tafha, u tindunha xinhi.
Jista jkun hemm certu kazijiet genwini li ghandhom bzonn divorzju imma minn ghandu bizzejjed flus biex ihallas lil Avukati, zgur li ghandhom ghoxrin ewro ghal flight ma dawn ic-cheap air lines. L'avukati ser jmorru minn fuq zgur. X’ma jipridkawx favur…
Hafna jghidu li dawk li huma kontra id divorzju huma egoisti..ghaliex huma qedin sew messhom jatu cans lil hadiehor…il bicca hi jekk jidhol id divorzju they would be forcing it on those who do not want it aswell… Because say I do not want it, but my partners does.. then my marriage is over.. because only one partner is needed to sign the papers.
It sounds a bit rude but its important to look at the overall picture.. not just at the need of a minority of people.. what will happen in 10, 20 years time? How will this effect your children and my childern? If malta & gozo have something good, as compared to other countries is its family values. Just look at the UK. The word 'family' doesn’t even exit anymore. I do not want my future children/grand children to grow in a place like that. This decision will change the meaning of a ‘family’ in malta.
Dawk favur jghidu jekk ma andekx bzonnu int tuzahax hux.. But Divorce reduces the meaning marriage & the responsibility involved. Give me a good reason why should I get married if divorce exists? It makes it meaningless… because the word that you give your partner becomes useless.. & the 4years thing is bull* because it will eventually be reduced in the future like other countries. Statistics also show that once divorce is introduced into a country the number of marriages decrease & not increase!
Divorce exist in countries all over the world! they are easily reachable if one is that desperate. Why do we have to change our enitre system & be like them? Is it such a bad thing to be unique and show that we respect the word that we give our partner?
"Illum hadd mhu lest biex jghamel daqxejn ta sagrificju ghal xulxin." - ma nistax naqbel mieghek ghax ma naqbilx li wiehed ghandu jiggeneralizza u jghid li KULHADD huwa hekk...
"Jekk tinduna li hemm problema trid tiftex ghajnuna minn qabel." - appuntu jiena dak li ghidt tafx... jekk taqra sewwa :)
"Because say I do not want it, but my partners does.. then my marriage is over.. because only one partner is needed to sign the papers." - nahseb jekk tistaqsi lil xi mara msawta... tahsibha differenti... jew ragel li qalbithielu l-mara imma l-mara trid tibqa' mieghu ghax per ezempju ghandu l-flus...
"Dan iz zmien ma naf lil hadd li jaqbad jizzeweg wara xaharejn- il persuna tkun tafha, u tindunha xinhi." - billi ma tafx inti... ma jfissirx li ma jezistux hux vera
"Just look at the UK. The word 'family' doesn’t even exit anymore."... shabi l-Ingilterra lkoll ghandhom familja, u juzaw il-kelma familja wkoll... ghal darb'ohra... ma naqbilx ma' generalizzazzjoni hekk...
"Give me a good reason why should I get married if divorce exists?" - Bhala Kattoliku, nemmen li jekk nizzewweg bil-Knisja, dak iz-zwieg xorta mhux ser jinhall...
"Jista jkun hemm certu kazijiet genwini li ghandhom bzonn divorzju imma minn ghandu bizzejjed flus biex ihallas lil Avukati, zgur li ghandhom ghoxrin ewro ghal flight ma dawn ic-cheap air lines. L'avukati ser jmorru minn fuq zgur. X’ma jipridkawx favur…"- naf kazijiet genwini li ma hadux annullament per ezempju... u kazijiet li mhux li haduh... tahseb li gieli nghataw xi 'donations' biex isir annullament? ...
---Nahseb ma fhimtx li jien fl-essenza tieghu ma naqbilx mad-divorzju. Pero ma naqbilx li ghandi ncahhdu lil haddiehor li vera ghandu bzonnu - anke jekk ikun xi hadd wiehed biss. Ma rridux nirragunaw b'mod utilitarju. L-importanti li tara inti fiex temmen... u meta tasal ghas-si u n-no jekk inti tridx tirrikorri ghad-divorzju jew le. Il-preparazzjoni trid tkun hemm, u trid tkun hemm sewwa. Forsi semplici kors ta' Kana mhux bizzejjed... forsi sentejn flimkien mhux bizzejjed... forsi weekend break 'l hawn u 'l hinn ukoll mhux bizzejjed. Wiehed irid ikun jaf hu, b'certa maturita kif u meta hu l-waqt li koppja tizzewweg.
Grazzi tal-kontribuzzjoni tieghek fil-blogg habib/a.
Post a Comment