![]() |
| Imma x'taqbad temmen? X'taqbad tgħid? Aħbarijiet ivvintati ...jew kollha verità? |
Ma nafx x'naqbad ingħid
Min jgħid li veru
U min jgħid li falz
Oppożizzjoni kollha gdiedem
U Gvern bla mistħija
Kontijiet barra l-gżejjer
U kuntratti moħbija
Politika tal-kappriċċi
Ingravajjet, xalel u pavri
Għax issa aħna Presidenti
Ta' Unjoni li l-Gvern kien ċaħad a tutti i costi!
Imma x'taqbad temmen?
X'taqbad tgħid?
Aħbarijiet ivvintati...
...jew kollha verità?
Jekk għandi s-saħħa
Jekk għandi l-flus
Jekk għandi s-setgħa
U naf indawwar il-fus...
…aktarx ħa temmen lili
U lill-batut ngħajruh li falz
Jista' mhux jikkwota l-Bibbja
Għax tiegħi aktar qawwi l-messaġġ.
Jekk inti komdu b'ta' qanpiena l-ħoss
Id-daqq ta' oħra
M'intx ħa tisma'
M’intx ħa thoss...
Anzi...
Ħa titrekken, ħa ssegwi, ħa xxejjer,
ħa tiddibatti, ma' min tiegħek idoqq.
U tiġġieled, tilletika, tikkumbatti
U żgur mhux ħa temmen...
lil min qanpiena oħra jdoqq.
Il-poter perikoluż
Jitla' dejjem għall-irjus
Tela' f'ta' qablu f'għoxrin sena
U ta' dan far hekk kif dieħla r-raba' sena.
Imma jerga' jitla' m’għandix dubju
Għax l-għadu dgħajjef
U l-poplu korrott...
La fil-but kuntent
Il-moral jista' jindifen anke bl-amment
Jerġa' jitla' ma għandix dubju
Għax...
Għandu s-saħħa
Għandu l-flus
Għandu s-setgħa
U jaf... idawwar il-fus.
