Tuesday, March 21, 2017

Lil Binti

Ħabbejtek mill-bidu
Qabel rajt l-ewwel ritratt
Kont għadek qisek fażola
Illum inti ġmiel iktar minn djamant

Hawn int għażiża
Bkejt l-ewwel bikja
Miegħek aħna, dmugħ il-ferħ xerridna
Miraklu mill-isbaħ li żejjnilna ħajjitna

Għadek innoċenti
U x’inhu jiġri ma tafx
Ibqa’ hekk u la tinkwetax
Tagħmilx bħal missierek…
Dak jagħti wisq każ.

Ibqa’ hekk, sabiħa
U bħal ommok kun
Mara b’qalb kbira
Li tgħin, ikun min ikun

Għandek dinja quddiemek
Li flimkien għad naraw
Dinja kbira li għad trid tibda tiskopri
Għada pitgħada durha int u ara x’toffri…

Mur binti… mur
Fuq vjaġġi ta’ fantasija
Fejn moħħok jista’ jiġri
B’bosta lwien daqs ferrovija

Oħlom binti oħlom,
U le, la tiqafx
Tħalli xejn iwaqqfek,
Jien inkun hemm warajk

Oħlom binti oħlom
U fil-ħsieb erħilha ħa ttir
Għax inti fil-bogħod għad tasal
'L hinn mill-baħar lewn in-nir.

Nibqa’ nħobbok għażiża binti
Mqar sa ma jsejjaħli l-Ħallieq
Wegħdni biss li lil ommok tweġġah
Għax bħalha qatt u ħadd ma ssib