…ma tiġinix diska oħra f’moħħi ħlief din... (sintendi nispera li ma
naslu qatt għall-vjolenza li ssegwi wara dix-xena tal-film Les Miserables!)
Jien u għaddej fil-mixja interessanti tal-ħajja... jien u naħseb u niskanta bid-dinja ta’ madwari... ħsibt li naqsam dawn il-ħsibijiet umli u skantamanti miegħek li jinteressak taqra... miegħek li ma għandekx x'tagħmel u trid timla' l-ħin... miegħek li l-imgħallem minghalih qed taħdem… u int tkun qed tħuf fid-dinja ta' l-internet... [kitbiet u opinjonijiet espressi f'dan il-blogg ma jirriflettu bl-ebda mod l-opinjoni/twemmin ta' gruppi li tagħhom jien membru]
Thursday, April 27, 2017
Wednesday, April 26, 2017
Id-Don tal-Kelma
![]() |
| "Mhux kull min kapaċi jikkonvinċi qiegħed neċessarjament jgħid il-veritá." |
Dak però kien don, li sfortunatament għalih, għall-Partit Laburista u għall-Malta kollha, abbuża minnu. Użah biex iġiegħlna nemmnu li fid-dawl tal-iskandlu tal-Panama, it-tneħħija ta’ Konrad Mizzi bħala Ministru tal-Enerġija u Saħħa u minflok għamlu Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (ministru ta’ xiex!?)… kienet mossa li kienet tajba. Ġgħelna nemmnu li Keith Schembri kien indispensabbli għall-pajjiż u għandu fiduċja għamja fih. Fi żmien sena… Joseph Muscat f’għajnejja ma baqax il-persuna tad-don tal-kelma… imma s-sensar li qed jipprova jbegħlek dar mifqugħa konsenturi għax jgħidlek li għandha disinn sabiħ, u kważi kważi jġgħelek temmen li l-konsenturi joħolqu karattru ħelu għad-dar li jkun qed jurik. Jaf tispiċċa tixtriha dik id-dar. Imma dejjem tajjeb li wieħed jirrealizza li mhux kull min kapaċi jikkonvinċi qiegħed neċessarjament jgħid il-veritá. Lawrence Gonzi żgur li kellu dubji serji dwar jekk il-proġett ta’ Smart City kienx verament ħa jimpjega erbat elef ruħ sal-aħħar tal-leġislatura… u fil-fatt anke bl-iskuża (anke jekk forsi valida) tal-kriżi internazzjonali globali… ma mmaterjalizza xejn minn dak. Lagħab karta konvinċenti u rebaħ l-elezzjoni.
Hija ħasra u sfortuna, għax għal ftit żmien fil-kampanja elettorali, Joseph Muscat offra tama li l-politika f’pajjiżna ħa tinbidel… li ħa jkun hawn trasparenza u titnaddaf il-korruzzjoni. L-arma tad-don tal-kelma ġaladarba abbuża minnha… saret l-arma li qed tinfdu ftit ftit… l-arma li qed tnaqqarlu l-kredibbiltá… jekk mhux ġa naqqrithielu kollha. Jgħid x’jgħid Joseph Muscat qed jiġi ddubitat. U iva l-ħażin jgħatti ħafna mit-tajjeb.
L-iskandlu taż-żejt kien diżgustanti, u l-ħniżrijiet li saru f’ħamsa u għoxrin sena ta’ gvern Nazzjonalista, xekklu t-tajjeb kollu li kien sar. Kieku ma kienx hekk, aktarx li l-Partit Nazzjonalista għadu fil-Gvern, speċjalment meta tqis li kien Gvern li baħħar minn kriżi ekonomika globali u mill-kunflitt fil-Libja.
Illum sew jekk inhuma allegazzjonijiet biss, sew jekk hemm provi jew jekk ma hemmx… wieħed għandu jagħraf li xi ħaġa ħażina, dawn l-allegazzjonijiet fihom, mhux qisu xejn m’hu xejn. Ma tistax ma tinvestigax. Ma tistax tħalli l-ħin jgħaddi u ma tagħmel xejn. Ma tistax. Inti jekk ikollok suspett li l-ġar tiegħek qed iġib id-droga u tirrapportah… ma tmurx tieħu l-provi inti lill-pulizija imma l-pulizija hija fid-dmir li tinvestiga.
Fortunatament f’pajjiż fejn hemm demokrazija effiċjenti u sfortunatament għal min ikun irid jibqa’ ggranfat mas-siġġu tal-poter…Gvern ma jiġix iġġudikat fuq it-tajjeb biss iżda wkoll fuq il-ħażin. Iżda kollox f’idejn l-elettorat biex juża moħħu u jara x’jaqbillu hu u l-ġid komuni.
Labels:
allegazzjonijiet,
Joseph Muscat,
konvincenti.,
Malta,
PanamaPapers
Subscribe to:
Posts (Atom)
