- Tinħatar Konvenzjoni Kostituzzjonali biex tibda proċess ta’ bidla fil-Kostituzzjoni sabiex jissaħħu l-istrutturi u l-organi tal-Istat, inkluż l-indipendenza tagħhom mill-Gvern tal-ġurnata. Fost l-oħrajn, tiddaħħal regola li l-ħatriet fl-ogħla karigi tal-istat isiru b’żewġ terzi fil-Parlament. Sabiex ma niġux f’pożizzjoni li dawn il-karigi jibqgħu vojta għax ma jkunx intlaħaq vot ta’ żewġ terzi fil-Parlament wara darbtejn, it-tielet vot ikun b’maġġoranza sempliċi sabiex il-ħatra tkun tista’ ssir.

"Tiddaħħal regola li l-ħatriet fl-ogħla karigi tal-istat
isiru b’żewġ terzi fil-Parlament."
- Jinħatar minnufih Kummissarju tal-Pulizija ġdid u jingħata bidu għal investigazzjoni tal-każi ta’ korruzzjoni li twassal biex titwettaq ġustizzja. Dan il-Kummissarju ser jinħatar b’kuntratt temporanju sakemm jgħaddi minn skrutinju tal-Parlament u jintgħażel bl-approvazzjoni ta’ żewġ-terzi tal-Kamra.
- Tiġi ppublikata liġi biex jinħatar Maġistrat Speċjali Investigattiv dwar il-Korruzzjoni, bit-tir li din il-liġi tgħaddi din is-sena stess.
- Jinħatar Kummissarju dwar Standards fil-Ħajja Pubblika biex ikun jista’ jħares l-imġieba tal-politiċi. Il-Membri Parlamentari jingħataw l-għażla li jkunu full-time filwaqt li titneħħa l-prattika li Membri Parlamentari jew qraba tagħhom jew soċji magħhom f’negozju jinħatru biex imexxu bordijiet pubbliċi.
- Tinħatar Kumissjoni Nazzjonali li tistudja l-finanzjament u n-nefqa tal-partiti politiċi u kif dawn jistgħu jkunu aktar trasparenti.
- Jidħol skrutinju tal-persuni li jkunu nominati bħala Chairpersons ta’ bordijiet f’awtoritajiet pubbliċi importanti permezz ta’ smigħ pubbliku fil-Parlament.
- Ma jinħatrux uffiċjali għolja tal-partiti politiċi f’positions of trust mal-Gvern jew fuq bordijiet pubbliċi. Ministri ma jitħallewx jimpjegaw fis-segretarjat tagħhom jew f’positions of trust membri tal-familja tagħhom jew soċji fin-negozju magħhom. Ikun hemm limitu stabbilit ta’ kemm il-Ministri jista’ jkollhom positions of trust.
Il-proposti l-oħra ser ikunu ta’ suċċess biss jekk dawn il-proposti jiġu implimentati. Pajjiż li jagħti l-awtonomija lill-istituzzjonijiet juri li lest li jerħi l-kontroll tal-istat fuqhom u lest li jiġġieled il-korruzzjoni bis-serjetà. Dan juri li l-Istat qed joffri mezzi wkoll biex jiġġieled il-korruzzjoni u mhux biss jakkuża nies li huma korrotti. Jekk kull membru parlamentari hux ħa jkun nadif tazza jien ma nafx, u ma naħlef qatt għal ħadd, la fuq naħa u lanqas fuq oħra. Iżda li jien żgur hu, li la jinħolqu l-mezzi biex tiġġieled il-korruzzjoni, noqorbu aktar lejn Stat fejn ħadd ma hu ‘l fuq mil-liġi.
Pajjiż b’inqas korruzzjoni jiġi fdat anke b’investiment. U b’hekk ir-rota tkompli ddur mingħajr panċers. U b’hekk biss jista’ l-pajjiż ikollu flus biżżejjed biex jimplimenta l-proposti mwiegħda. Partit wieħed qed joffri din is-soluzzjoni għall-korruzzjoni u l-indħil tal-istat… għalhekk l-għażla tiegħi nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju hija ċara. U tiegħek?


